Meals on Wheels

L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla.

X'SE TINGĦATA

Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent. Għandu jkun żgurat li l-ikel jiġi msaħħan qabel jittiekel. Il-menu joffri varjetà ta’ ikliet għal 7 ijiem konsekuttivi. Kull ikla ta’ kuljum tikkonsisti fi starter, il-kors ewlieni u deżerta.

Kull applikant jiġi mistoqsi sett ta’ domandi sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lill-persuni eliġibbli

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq; jew
  • Persuna taħt is-60 sena u li għandha l-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD)

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Dan is-servizz hu bi ħlas issussidjat ta’ €2.20 għal kull ikla. Ħlas bi flus kontanti għandhom jingħataw mill-benefiċjarju lil persuna li tkun qed twassal l-ikla.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn