Social Work

L-għan tas-servizz Social Work hu li jipprovdi sapport emozzjonali, gwida u assistenza lill-anzjani sabiex jibqgħu jgħixu ħajja attiva fil-komunità. Dan is-servizz jittratta ma’ każijiet ta’ xogħol soċjali, jipprovdi sapport lil klijenti, jiffaċilita l-immaniġġjar ta’ għajnuna personali, pjanijiet ta’ azzjoni, intervent fejn ikun hemm każ ta’ kriżi, assessjar fuq servizz tal-Home Help, u jsir koordinazzjoni ma’ sptarijiet ġerjatriċi u sptarijiet ta’ rijabilitazzjoni.

Rapporti fuq anzjani li għandhom kundizzjoni akuta u li jgħixu f’dar residenzjali huma wkoll parti minn dan is-servizz. It-Taqsima tas-Social Work, li tieħu ħsieb dan is-servizz, tinvestiga każijiet soċjali u tieħu azzjoni kif meħtieġ. Din it-taqsima tikkoordina wkoll mad-Dipartiment tas-Saħħa, il-pulizija, il-kunsilli lokali, il-kappillani u organizzazzjonijiet oħra fil-komunità.

X'SE TINGĦATA

Isir intervent mill-ħaddiema soċjali u l-klijent jiġi segwit sabiex jittaffew sitwazzjonijiet stressanti preżenti u emerġenzi. L-għan hu li jagħti s-setgħa lill-klijent sabiex jgħin lilu nnifsu u b’hekk ikun il-protagonist ta’ bidla pożittiva.

Meta jkun hemm bżonn, tintalab l-assistenza ta’ aġenziji speċjalizzati professjonali u dan bil-għan li jkunu ndirizzati sitwazzjonijiet emerġenti b’mod aktar effettiv.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq u li jgħix waħidhom u għandhom livell għoli ta’ dipendenza; jew
  • Anzjani suspettati li qed jesperjenzaw abbuż fiżiku, psikoloġiku, soċjali jew finanzjarju; jew
  • Anzajni li jbatu bid-dimensja jew minn indeboliment konjittiv ieħor; jew
  • Anzjani li qed jgħixu fi stat ta’ periklu jew ta’ dwejjaq.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant. 
  • Kull dokument li jista’ jgħin biex isir pjan tajjeb ta’ azzjoni.
  • Kull ċertifikat mediku jew discharge report tal-isptar.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn