Għajnuna fid-Dar (Home Help)
L-għan tas-servizz Għajnuna fid-Dar huwa li jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali.
X'SE TINGĦATA
Is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar joffri assistenza lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilita sabiex jagħmlu x-xogħol domestiku ta’ kuljum u xiri. Ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata, superviżur mill-Home Help jagħmel kuntatt mal-applikanti biex jirranġa żjara fid-dar. Matul din iż-żjara, is-superviżur jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dan is-servizz.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Applikazzjonijiet validi jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Għajnuna fid-Dar fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK). Jekk approvati, numru ta’ sigħat ta’ servizz fil-ġimgħa jiġu allokati. Kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti tal-kura tas-saħħa sabiex ikun żgurat li s-servizz jingħata skont il-bżonn.
- Anzjani li jgħixu waħedhom jew flimkien ma’ anzjani oħra li
għandhom minn 65 sena `l fuq; jew - Persuni taħt is-65 sena u li għandha il-Karta tal-Identità Speċjali valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport; jew
- Persuni li qed isofru minn mard serju
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Applikazzjoni mimlija inluż rapport mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant.
- Rapport mediku ieħor għal kull persuna bejn il-65-74 sena li tgħix fl-istess dar.
- Persuni b’diżabilita’ taħt is-65 sena għandhom jehmżu kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Aġenzija Sapport
- Fejn applikabbli, kopja riċenti ta’ discharge case summary tal-isptar
- L-AAKK jirriserva d-dritt li jitlob dokumentazzjoni addizzjonali skont il-bżonn.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timlieha, segwi din il-link
ASPETT FINANZJARJU
Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ kontribuzzjoni fissa fil-ġimgħa:
- Kontribuzzjoni fissa ta’ €2.33 fil-ġimgħa li tkun imnaqqsa mill-pensjoni tal-benefiċjarju għal dar b’benefiċjarju wieħed.
- Kontribuzzjoni fissa ta’ €3.49 fil-ġimgħa li tkun imnaqqsa mill-pensjoni ta’ benefiċjarju wieħed għal dar fejn hemm aktar minn benefiċjarju wieħed.
- Il-benefiċjarji jistgħu jagħżlu li jħallsu l-kontribuzzjoni direttament lill-Kumitat dwar Għajnuna Soċjali (Welfare Committee). L-irċevuta tal-ħlas trid tiġi provduta biex jibqa’ mogħti s-servizz.
Skema ta’ Għajnuna fid-Dar issussidjata:
- Klijenti li huma eliġibli għas-servizz jistgħu jagħżlu li jqabbdu Helper tal-għażla tagħhom u jingħataw sussidju ta’ €8.00 għal kull siegħa approvata mill-Kumitattal-Għajnuna fid-Dar.
Jekk jogħġbok, agħfas hawn għal-linji gwida għal deskrizzjoni aktar dettaljata dwar x’jikkonsisti s-servizz Għajnuna fid-Dar.
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn