Night Shelter

L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex. Dan is-servizz hu offrut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità flimkien ma’ entitajiet oħra.

X'SE TINGĦATA

Dan is-servizz joffri lill-anzjani ambjent sikur u protett għal matul il-lejl.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom minn 60 sena `l fuq li preżentament qed jgħixu weħidhom u li jgħixu ħajja indipendenti jew jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kuljum. B’referenza għall-persuni li jirrikjedu assistenza minima, dawk li jaqgħu fil-kategoriji ta’ hawn taħt huma eliġibbli:
    • Persuni li qed jutilizzaw siġġu tar-roti jew li qed jutilizzaw kwalunkwe għajnuna oħra għall-assistenza fil-mixi;
    • Persuni li jkollhom xi inċidenti okkażjonali f’rigward inkontinenza u li jużaw pull-ups;
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima meta jaqtgħu l-ikel u jiftħu vażetti;
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ qfil fil-buttuni, żippijiet jew bra;
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima f’assistenza biex jagħmlu xagħarhom jew jinħaslu;
    • Persuni li jeħtieġu assistenza biex jimxu 50 metru.
  • Persuni li ma jkunux ibatu minn xi kundizzjoni medika (bħad-dimenzja), li tista’ tkun ta’ problema għar-residenti l-oħra li qed jużaw in-Night Shelter.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ €2.00 għal kull lejl li jrid jitħallas kull xahar bil-quddiem.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn