Servizz ​Silver T

Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom.

X'SE TINGĦATA

Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar u jipprovdi faċilità ta’ trasport lil dawk il-persuni anzjani li jixtiequ jmorru l-bank, is-suq lokali, il-klinika, il-Kunsill Lokali,  postijiet ta’ qima u diversi postijiet oħra. Dan is-servizz hu bla ħlas.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuni anzjani `l fuq minn 60 sena.

KIF TAPPLIKA

Wieħed irid jibbukkja sa mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem qabel fuq in-numru tat-telefon 22788900 (kemm għal Malta u anke għal Għawdex). Il-ħinijiet taċ-Ċentru tat-Telefonati huma l-istess bħall-ħin li fih jaħdem dan is-servizz, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn