iSupport għad-Dimensja

iSupport huwa kors ta’ għajnuna, imfassal mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan il-programm edukattiv onlajn huwa għal dawk li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja, u huwa disponibbli mingħajr ħlas. Il-kors għandu 5 taqsimiet u jieħu madwar 7 sigħat biex jitlesta kompletament. Meta tirreġistra fil-kors, tkun tista’ tagħżel li tagħmel it-taqsimiet u l-lezzjonijiet kollha konsekuttivament, jew tagħżel li tagħmel il-lezzjonijiet li huma l-aktar rilevanti għalik. Il-lezzjonijiet kollha jikkonsistu f’qari qasir, eżempji deskrittivi u diversi eżerċizzji. Min ikun qed jagħmel il-kors se jkun qed jirċievi feedback waqt li jkun qed jaħdem l-eżerċizzji. Jinħareġ iċ-ċertifikat meta il-parteċipant ilesti t-taqsimijiet u l-eżerċizzji kollha, flimkien mal-istħarriġ fuq il-kors.

Il-programm iSupport għandu l-għan li jipprevjeni u/jew inaqqas il-problemi ta’ saħħa mentali u fiżiċi assoċjati mal-kura, u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jieħdu ħsieb lil persuni bid-dimensja.

Il-programm onlajn iSupport jinkludi ħames taqsimiet u diversi eżerċizzji.  Dawn huma:

  • Introduzzjoni fuq id-dimensja;
  • Xi jfisser li tkun carer;
  • Kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek;
  • Il-kura ta’ kuljum; u
  • Bidliet fl-imġiba.

Tista’ tirreġistra għall-kors tal-iSupport għad-dimensja billi tikklikkja fuq il-link hawn taħt:
WHO-iSupport For Dementia – Malta, English, 2021 (campusvirtualsp.org)