Respite Residenzjali
L-għan tas-servizz Respite Residenzjali hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers).
X'SE TINGĦATA
Massimu ta’ 3 ġimgħat ta’ kura għall-anzjani ġewwa dar tal-anzjani. Il-persuni li jieħdu ħsieb l–anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers) ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz 3 darbiet fis-sena.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:
- Anzjani li għandhom `l fuq minn 60 sena, li huma dipendenti u jgħixu f’residenza privata
- Prijorità tingħata lill-anzjani li, minħabba li se jkun hemm nuqqas tal-persuni li jieħdu ħsiebhom (informal caregivers), ikunu sejrin jispiċċaw f’riskju
- Każijiet oħra jistgħu jiġu kkunsidrati skont il-mertu tal-każ
CommCare tara li kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti fil-kura sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonnu.