Telecare on the Move

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta tkun meħtieġa assistenza fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkoraġġixxi lill-anzjani li jbatu biddimenzja jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.

X’Se tkun qed tirċievi

L-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità se tagħti apparat b’xejn li se jkun jaqbad ma’ call centre 24 siegħa kuljum u se jkun jista’ jopera meta persuna tkun barra mid-dar ukoll. Dan l-apparat se jipprovdi assistenza lill-anzjani bid-dimenzja permezz ta’ diversi funzjonijiet li għandu, bħal:

  • Komunikazzjoni two-way (mal-qraba jew call-centre);
  • Jaħdem kullimkien f’Malta u Għawdex • Jibgħat twissija lill-call centre meta wieħed jaqa’;
  • Batterija li ddum topera bejn 3-10 t‘ijiem.

Dan l-apparat huwa speċjalment importanti għal persuni bid-dimensja li jgħixu fil-komunità. Nies bid-dimensja jista’ jkollhom diffikultajiet biex jorjentaw ruħhom fil-post u dan jista’ potenzjalment iwassal għal sitwazzjonijiet fejn persuna tista’ tintilef. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta’ stress kbir għallpersuna bid-dimensja u l-membri tal-familja tagħhom. Permezz ta’ apparat bħal dan l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed jgħinu lill-familji li qed jgħixu bid-dimensja biex jgħixu ħajja aktar trankwilla, sikura u b’aktar indipendenza.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom `il fuq minn 60 sena u li għandhom djanjosi ta’ dimenzja u huma f’riskju li jintilfu.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. 
  • Kopja tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk disponibbli.

Skema A: Dawk li huma fil-pussess tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibbenefikaw minn servizz u apparat b’xejn wara li jsir assessjar mid-Dementia Intervention Team.

Skema B: Dawk li m’humiex fil-pussess tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jibbenefikaw minn apparat b’xejn iżda jridu jħallsu €4.99 (VAT eskluża) kull xahar għas-servizz, u dan wara li jsir assessjar mid-Dementia Intervention Team. Dan il-ħlas irid isir minn 3 xhur bil-quddiem.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn