Servizz ta' Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan/a j/tista’ jkollu/ha minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bażi parzjali jew sħiħ.

X'SE TINGĦATA

Skema A:

Intitolament għall-provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal-lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurse).

Skema B: Intitolament għall-provvista ta’ prodotti  parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-applikant/a u assessjar mill-Continence Nurses).

 

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Skema A:
  • F’pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali (SID-UE) valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) u li jsofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a. L-età tal-applikanti taħt din l-iskema trid tkun minn sentejn ‘l fuq.
  • Skema B: Anzjan/a li għandu/ha sittin (60) sena `l fuq u li j/issofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. 
  • Kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) għal min japplika għal Skema A.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn

Is-servizz għal Skema B hu bi ħlas:

Skema B
ProdottiPrezz kull prodottProdottiPrezz ta’ kull prodott
ĦrieqiPull-Ups
Ħrieqi Adulti Żgħar€0.18Pull-Ups Adulti Żgħar€0.44
Ħrieqi Adulti Medji€0.21Pull-Ups Adulti Medji€0.42
Ħrieqi Adulti Kbar€0.25Pull-Ups Adulti Kbar€0.46
Ħrieqi Adulti Extra Kbar€0.33Pull-Ups Adulti Extra Kbar€0.47
PadsInco-Sheets
Pads Tan-Nisa Żgħar€0.10Inco-Sheets Żgħar 60x40€0.08
Pads Tan-Nisa Kbar€0.12Inco-Sheets Kbar 60x90€0.14
Pads Tal-Irġiel€0.16
F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.