Servizz ta' Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan/a j/tista’ jkollu/ha minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bażi parzjali jew sħiħ.

Stqarrija Uffiċjali Lulju 2024

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tixtieq ġentilment tavża lill-benefiċjarji li jagħmlu użu mis-Servizz ta’ Kontinenza li, mit-8 ta' Lulju 2024 'l quddiem, il-prodotti ta’ kontinenza għandhom jibdew jinġabru minn wieħed miċ-ċentri li hawn imniżżla aktar ’l isfel. Il-prodotti għandhom jinġabru fil-ġranet u l-ħinijiet indikati.  Infakkrukom li l-persuni li jmorru jiġbru l-prodotti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità tal-benefiċjarju u l-Kartuna tal-Intitolament.

Ċentri ta' distribuzzjoni ta' Prodotti ta' Kontinenza

Drugsales Limited
Triq Idward
Park Nazzjonali Ta' Qali
Ħ'Attard, ATD 4000

Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
bejn l-10:00am u l-4:00pm
Is-Sibt bejn l-10:00 u n-12:30pm

_______________________________________________________________________________________________________________________

Drugsales Limited
48, Triq Mons. Dandria,
L-Imsida

Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
bejn l-10:00am u l-4:00pm

_______________________________________________________________________________________________________________________

F'każ ta' diffikultà jew mistoqsijiet, jista' jsir kuntatt permezz tat-telefown jew email fuq:

Drugsales Limited
Numru tat-telefown: 21419045
Email: inco@drugsalesltd.com

Ċentru Servizz Anzjan
Numru tat-telefown: 22788801 jew 22788809
Email: kontinenza.csa@gov.mt

X'SE TINGĦATA

Skema A:

Intitolament għall-provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal-lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurse).

Skema B: Intitolament għall-provvista ta’ prodotti  parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-applikant/a u assessjar mill-Continence Nurses).

 

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Skema A:
  • F’pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali (SID-UE) valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport u li jsofru minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikanti. L-età tal-applikanti taħt din l-iskema trid tkun minn sentejn ‘l fuq.
  • Skema B: Anzjani li għandhom minn sittin (60) sena `l fuq u li jsofru minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. 
  • Kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) għal min japplika għal Skema A.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn

Is-servizz għal Skema B hu bi ħlas:

Skema B
ProdottiPrezz kull prodottProdottiPrezz ta’ kull prodott
ĦrieqiPull-Ups
Ħrieqi Adulti Żgħar€0.16Pull-Ups Adulti Żgħar€0.20
Ħrieqi Adulti Medji€0.14Pull-Ups Adulti Medji€0.20
Ħrieqi Adulti Kbar€0.20Pull-Ups Adulti Kbar€0.23
Ħrieqi Adulti Extra Kbar€0.23Pull-Ups Adulti Extra Kbar€0.24
PadsInco-Sheets
Pads Tan-Nisa Żgħar€0.08Inco-Sheets Żgħar 60x40€0.08
Pads Tan-Nisa Kbar€0.11Inco-Sheets Kbar 60x90€0.13
Pads Tal-Irġiel€0.08
F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.