Ċentri għall-Anzjanità ​​​​Attiva​

Dawn iċ-ċentri joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet fosthom ħruġ, taħdidiet edukattivi, logħob varju, programm ta’ tagħlim tul il-ħajja u numru ta’ sessjonijiet oħra. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta’ siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbilitajiet tiegħu mal-oħrajn.

X'SE TINGĦATA

L-opportunità li tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u/jew ħbieb f’atmosfera familjari fejn persuna tkun komda u tista’ tieħu sehem f’attivitajiet ta’ natura kreattiva, soċjali, fiżika jew edukattiva

Taħditiet edukattivi dwar temi diversi, kif ukoll varjetà ta’ sessjonijiet li jinkludu eżerċizzji fiżiċi, żfin, snajja’, tagħlim dwar l-ewwel għajnuna, informazzjoni dwar l-Informatika u attivitajiet interġenerazzjonali fejn kemm l-istudenti kif ukoll l-istess anzjani jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom

Opportunità wkoll li tipparteċiepa f’attivitajiet fuq barra, inkluż mixjiet u  ħarġiet kulturali

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li għandhom 60 sena `l fuq.  Iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mhumiex addattati għal persuni li għandhom livell għoli  ta’ dipendenza
  • Applikazzjonijiet minn persuni oħra jiġu kkunsidrati fuq bażi individwali

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż rapport mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant. 
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

MISTOQSIJIET KOMUNI

Dan jiddependi miċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tkun qed tattendi

Dan jiddependi miċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tkun qed tattendi. L-aħjar
tikkuntattja liċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tixtieq tattendi.

Kull Ċentru għall-Anzjanità Attiva joffri programm ta’ attivitajiet li jinkludi taħditiet, krafts, ħruġ, varjetà ta’ logħob u sessjonijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fost l-oħrajn

Is-servizz hu bi ħlas u dan isir darba fix-xahar:

Kull persuna:
Darba f’ġimgħa €2.33
Darbtejn f’ġimgħa €3.49
3 darbiet fil-ġimgħa €4.66
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €5.82

Kull koppja:
Darba f’ġimgħa €3.50
Darbtejn f’ġimgħa €5.82
3 darbiet fil-ġimgħa €8.16
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €10.48

Kull persuna (jekk tgħix f’Dar tal-Anzjani):
Darba f’ġimgħa €1.17
Darbtejn f’ġimgħa €2.33
3 darbiet fil-ġimgħa €3.50
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €4.66

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

ĊentruIndirizzNumru tat-TelefownĠranet u ħinijiet tal-ftuħ
BirkirkaraĊentru Ċiviku, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 252621482328It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis, 07:00 – 15:15
BirżebbuġaTriq B’Buġa, Birżebbuġa BBG 150721658608Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
BormlaCentru Parrokkjali Sagra Familja, Triq Wigi Rosato, Bormla21664777Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
DingliTriq il-Parroċċa, Ħad-Dingli DGL 103221453479Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Ħamrun22, Triq il-Franġiskani, Il-Ħamrun HMR 112321221675Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Imġarrc/o Kunsill Lokali, 22, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr MGR 150121571424Mit-Tlieta sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Imsidac/o Kunsill Lokali, Pjazza Menqa, L-Imsida MSD 909021324451L-Erbgħa u l-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Imsidac/o Kunsill Lokali, Pjazza Menqa, L-Imsida MSD 909021324451L-Erbgħa u l-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Kirkopc/o Kunsill Lokali, 31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop KKP 124321640948It-Tnejn u l-Erbgħa, 07:00 – 15:15
LuqaTriq il-Ġdida, Ħal Luqa LQA 155821678132Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Marsaskalac/o St Thomas Community Living, Triq il-Baħħara, Marsaskala MSK 303520960000Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:00 – 15:15
MellieħaTriq il-Wied, Il-Mellieħa MLH 125221524245Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
MostaTriq il-Kurat Schembri, Il-Mosta MST 117521418197Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
NaxxarĊentru Ċiviku, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar NXR 101821424447Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
PembrokeKunsill Lokali Pembroke, Triq Alamein, Pembroke PBK 177921372111Nhar ta’ Erbgħa
07,00 – 15,15
Qormic/o Kunsill Lokali, 390, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi QRM 250421440995Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
SafiDar il-Kunsill, Triq l-Iskola, Ħal Safi SFI 140421647057L-Erbgħa u l-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
San Pawl il-Baħarc/o Kunsill Lokali, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar SPB 341121584746Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Santa Luċijac/o Ġnien is-Serenità, Triq il-Peprin, Santa Luċija21678132It-Tnejn u l-Erbgħa, 07:00 – 15:15
Santa Venera53, Triq il-Karmelitani, Santa Venera SVR 172521472111Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
SiġġiewiĊentru Ċiviku, 18, Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi SGW 107321460715Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
Tas-Sliema119, Triq Santa Marija, Tas-Sliema SLM 110721345650Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
ŻejtunTriq San Tumas, Iż-Żejtun ZTN 402321805847Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 07:00 – 15:15
ŻurrieqTriq l-Imqabba, Iż-Żurrieq ZRQ 107921640237It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa, 07:00 – 15:15

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità waqqaf ukoll Ċentri għall-Anzjanità Attiva b’kunċett totalment ġdid. Dawn iċ-Ċentri huma miżmuma b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra, u jiffokaw primarjament fuq tagħlim tul il-ħajja. Sabiex tapplika biex tattendi f’wieħed minn dawn iċ-ċentri trid tikkuntattja l-entità rispettiva.

ĊentruIndirizzNumru tat-TelefownĠranet u ħinijiet tal-ftuħ
Ħaż-Żebbuġ (Kunsill Lokali)Sala tal-Arċipriet,
Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ Malta
21468181/ 21463107Nhar ta’ Ġimgħa
09,30-12,00
Ħal Għargħur (Kunsill Lokali)Kunsill Lokali Ħal Għargħur, Triq San Nikola, Ħal Għargħur GĦR116221412524Nhar ta’ Ġimgħa
11.00 – 12.00
Paola (Kunsill Lokali)Casal Paola, Ġnien Pawlu Boffa,Triq il-Knisja, Paola PLA 107521664066It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis, 09:00 – 12:00
Swieqi (Kunsill Lokali)Kunsill Lokali Swieqi, Ċentru Ċiviku, Triq G. Bessiera, Swieqi SWQ 226121373939It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis*

*Il-ħin ivarja u jiddependi mis-sessjonijiet li jkun hemm f’dik il-ġurnata.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn