Servizz ta' Handyman
Is-servizz ta’ Handyman hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza ta’ l-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa; bajjad; plamer; elettriċista; installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għall-oħra.
X'SE TINGĦATA
Numru ta’ servizzi ta’ manutenzjoni fid-residenza tiegħek (ara l-lista akta `l isfel)
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
- Persuni li għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Aġenzija Sapport jew;
- Persuni li huma f’pussess ta’ dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Karta tal-Identità Speċjali, jekk applikabbli
- Dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk applikabbli
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas lill-persuni li huma ntitulati għall-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) jew il-Karta tal-Identità Speċjali. Dawk l-anzjani li m’għandhomx dawn id-dokumenti huma intitolati li jirċievu dan is-servizz b’tariffa nominali. Rati jvarjaw skont ix-xogħol meħtieġ u huma ddettaljati skont it-tabelli li ġejjin. Meta x-xogħol ikun lest, il-klijent irid iħallas lill-handyman li jkun għamel ix-xogħol. Dan tal-aħħar joħroġ irċevuta temporanja waqt li rċevuta uffiċjali tigi sussegwentement maħruġa mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Persuni li huma eliġibbli jridu jipprovdu għall-materjal meħtieġ minn flushom.
HANDYMAN SERVICE – DESKRIZZJONI TA’ XOGĦLIJIET U RATI TA’ ĦLAS
Mastrudaxxa
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
A/01 | Bdil ta` Serratura 2.33 | 2.33 |
A/02 | Serratura Ġdida | 4.66 |
A/03 | Tiswija sempliċi fuq Tieqa/Bieb | 4.66 |
A/04 | Bdil ta` Ħġieġa fuq l-injam | 2.33 |
A/05 | Bdil ta` Ħġieġa fuq il-ħadid | 2.33 |
A/06 | Tiswija/Twaħħil fuq Cupboard/Xkaffa eċċ | 4.66 |
A/07 | Twaħħil ta` Grampuni/Anelli/Clips eċċ | 2.33 |
A/08 | Twaħħil ta` Pumi/Handles/Firrolli | 2.33 |
A/09 | Stock ta` Ħġieġ | 0.58 |
A/10 | Twaħħil/Bdil ta` Katina ta` bieb ta` barra | 1.16 |
A/11 | Block ta` l-injam taħt Sodda/Pultruna eċċ | 3.49 |
A/12 | Tinqata'/Tinbidel saqajn ta` Sodda/Pultruna eċċ | 3.49 |
A/13 | Biċċa njama bħal Għatu/Parakwa eċċ | 2.33 |
A/14 | Twaħħil ta` xi Lasta eċċ | 2.33 |
A/15 | Tibdil ta` Netting ta` Tieqa | 2.33 |
A/16 | Twaħħil ta` Nemmiesa | 0 |
Bajjad
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
B/01 | Tikħil ta` Ċaċċis (Bieb) | 4.66 |
B/02 | Tikħil ta` Ċaċċis (Tieqa) | 2.33 |
B/03 | Tħallib ta` Bejt ta` kamra waħda | 6.99 |
B/04 | Tikħil ta` Toqob żgħar fl-art jew fil-ħajt | 2.33 |
B/05 | Twaħħil ta` Ħabel tal-Inxir | 2.33 |
B/06 | Tikħil ta` Maduma/Cement | 4.66 |
B/07 | Tikħil ta` xi katusa | 2.33 |
Plamer
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
C/01 | Bdil ta` Serpentina u Waste Pipe (Tas-sink) | 6.99 |
C/02 | Bdil ta` Washer fuq Vit ta` l-Ilma | 2.33 |
C/03 | Bdil ta` Vit fuq Sink | 2.33 |
C/04 | Bdil ta` Water Heater (Geyser) | 11.65 |
C/05 | Bdil ta` Angle Valve | 2.33 |
C/06 | Bdil ta` Flushing | 6.99 |
C/07 | Bdil ta` Flexible Pipe | 2.33 |
C/08 | Setting ta` Flushing | 2.33 |
C/09 | Ftuħ ta` Waste Pipe ta` mejjila (Drain) | 2.33 |
C/10 | Bdil ta` Valve ta` Tank tal-Bejt | 4.66 |
C/11 | Bdil ta` Pipe tal-Ilma (ġewwa u mhux moħbi) | 9.32 |
C/12 | Bdil ta` Friskatur (Wash hand basin) | 6.99 |
C/13 | Tiswija fuq Tank tal-Bejt | 4.66 |
C/14 | Bdil/Tiswija fuq Stopcock | 4.66 |
C/15 | Checking/Setting fuq Geyser/Pompa ta` l-Ilma | 1.16 |
C/16 | Overflow/Washer ta` Flushing | 2.33 |
C/17 | Twaħħil ta` Toilet Seat | 1.16 |
C/18 | Tiswija/Bdil ta` Mixer | 4.66 |
Elettriċista
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
D/01 | Bdil ta` Switch | 2.33 |
D/02 | Bdil ta` Socket Outlet | 2.33 |
D/03 | Bdil ta` Neon Tube bil-ħsara | 1.16 |
D/04 | Twaħħil ta` Neon Tube flok bozza | 5.82 |
D/05 | Twaħħil ta` Socket ġdid | 6.99 |
D/06 | Tiswija ta` Qanpiena ta` bieb bil-ħsara | 2.33 |
D/07 | Twaħħil ta` Qanpiena tal-bieb ta` barra ġdida | 6.99 |
D/08 | Bdil ta` Three-Pin Plug | 1.16 |
D/09 | Twaħħil ta` Salva Vita (Surface mounted) | 9.32 |
D/10 | Tiswija/Checking ta` Salva Vita | 4.66 |
D/11 | Twaħħil ta` Wire ta` l-Elettriku | 4.66 |
D/12 | Wiring/Checking ta` Linfa/Lampshade eċċ | 2.33 |
D/13 | Żieda ta` Extension fid-dar | 4.66 |
D/14 | Tibdil ta` Fuse | 2.33 |
D/15 | Checking fuq Dawl/Socket eċċ | 2.33 |
D/16 | Bdil ta` Bozza/Holder | 1.16 |
D/17 | Checking fuq Serratura li taħdem bl-Elettriku | 2.33 |
Poġġamani
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
E/01 | Twaħħil ta` Sopraporta tal-Ħadid | 5.82 |
E/02 | Twaħħil ta` Sopraporta ta` l-Injam | 5.82 |
E/03 | Twaħħil ta` Shower/Sopraporta tal-Purtieri | 4.66 |
Ġarr ta` Oġġetti
Kodiċi | Deskrizzjoni tax-Xogħol | Prezz (€) |
---|---|---|
G/01 | Ġarr ta` Appliances/Għamara fl-istess sular | 3.49 |
G/02 | Tibdil ta` Ċilindru tal-Gass | 1.16 |
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn