Skema Carer at Home
L-għan tal-iskema Carer at Home hi li tipprovdi servizz ieħor fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. L-iskema ta’ Carer at Home qed tkun offruta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
X'SE TINGĦATA
Il-benefiċjarju jirċievi sa massimu ta’ €8,500 kull sena, minn meta l-applikazzjoni tkun approvata.
Il-benefiċċju jiġi mħallas kull xahar direttament f’kont tal-bank indikat
mill-applikant.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjan li għandu 60 sena `l fuq.
- Il-carer irid ikollu kwalifika rikonoxxuta. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ kwalifika ottenuta minn barra minn Malta hija meħtieġa l-ekwivalenza mingħand il-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC). Din tista’ tkun meħtieġa wkoll meta l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità (AAKK). jara l-bżonn tagħha.
- Kull applikant jiġi assessjat sabiex ikun żgurat li l-benefiċċju jingħata lil min veru għandu bżonn.
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant.
- Kopja tal-kwalifika tal-carer.
- Kopja tal-ftehim ta’ impjieg awtentikat minn Nutar Pubbliku.
- Dokument uffiċjali minn JobsPlus flimkien ma’ dokument minn Identita’ (għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi) li jindika li l-carer hu mpjegat mal-applikant b’mod regolari.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn