Telecare
L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.
X'SE TINGĦATA
Installazzjoni tas-sett tat-Telecare u l-pendent.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq; jew
- Persuni taħt is-60 sena u li jbatu minn xi mard kroniku
- Applikant għandu jkollu linja fissa
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Applikazzjoni mimlija
- Rapport mediku (pagna 3 ta’ l-applikazzjoni) iffirmat mit-tabib tal-applikant jekk il-persuna hija taht is-60 sena
- Kopja tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew kopja tal-Karta s-Safra valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (jekk applikabbli)
- Kopja tal-Karta tal-Identità
- Imla u ssottometti wkoll il-Kuntratt tat-Telecare
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Dan is-servizz hu bi ħlas:
- Depositu ta’ €25 li jitħallas mal-installazzjoni mill-persuna li tkun għamlet l-installazzjoni, liema depożitu hu rifondibbli jekk jitwaqqaf is-servizz u s-sett jiġi ritornat; u
- €4 kera kull xahar għas-servizz
Anzjan li għandu 60 sena ‘l fuq u li m’għandu lill-ħadd jgħix miegħu taħt is-60 sena fl-istess residenza huwa eżentat milli jħallas ir-renta ta’ €4 fix-xahar jekk għandu rċevuta ta’:
- Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; jew
- Karta s-Safra valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (Skeda V jew formola SLH 145)
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn