Servizzi Oħra fil-Komunità

Il-missjoni tagħna hi li nipprovdu kura fil-komunità u s-servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-pubbliku. Sabiex tkun taf jekk inti, jew membru tal-familja, jista’ jkun eliġibbli għal xi wieħed mis-servizzi u kura fil-komunità, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni fuq din il-paġna. L-informazzjoni pprovduta hija relatata mal-kura fil-komunità u s-servizzi amministrati minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

Ċentri għall-Anzjanità ​​​​Attiva​

Dawn iċ-ċentri joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja

Servizz ta’ Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza

Għajnuna fid-Dar​​ (Home Help)

Dan is-servizz jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali

Servizz ta' Handyman

Dan is-servizz hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza

Meals on Wheels​

L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla. Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent

Night Shelter

L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex

Servizz ta' Silver T

Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom

Skema Carer at Home​

Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum

Telecare+

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità

Telecare on the Move

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta tkun meħtieġa assistenza fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkoraġġixxi lill-anzjani li jbatu biddimenzja jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità

Telephone Rent Re​bate​

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jingħatha skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza talapplikant, liema kont jiġi riċevut kull xahrejn. Dan is-servizz huwa għall-anzjani li għandhom is-servizz ta’ telefonija mal-kumpanija GO plc

Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u  awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa.​